FESTA TAL-LUNZJATA 2009
L-Erbgha 15 t'April.
It-tema ta' din il-gurnata kienet mill-ittra ta' San Pawl (1Kor 13-4a) "L-imhabba taf
tistabar u thenn''.
Il-quddiesa kienet organizzata mic-Centru Socjali tal-Caritas, Kummissjoni Liturgija, Kooperaturi u Grupp Kliem il-Hajja.
Qaddes Monsinjur Carmel Zammit li ghamel ukoll il-hsieb fuq it-tema ta' din il-gurnata.
L-attendenza kienet tajba hafna.
Il-Hamis 16 t'April
It-tema tat-tieni gurnata li kienet mill-ittra ta' San Pawl lill Filippin (1, 4-5a):- "Nitlob dejjem ferhan fit-talb tieghi ghalikom minhabba s-sehem li intom hadtu fix-xandir tal-evangelu''.
Il-quddiesa kienet organizzata mill-Kummissjoni Edukazzjoni Nisranija u Grupp tar-Romol. Hadu sehem it-tfajliet tal-MUSEUM li bil-kittarri akkumpanjaw din il-quddiesa li qaddiesa Dun Karm Farrugia.
Matul dawn il-granet it-tema ta' kull tal-gurnata qeda tkun esposta fil-knisja flimkien ma' ikona ta' San Pawl qieghed jipriedka.
Il-Gimgha 17 t'April
"Kull wiehed minnkom ghandu jhobb lil martu bhalu nnifsu u l-mara ghandha ggib rispett lil zewgha''.
Din kienet it-tema tat-tielet gurnata mehudha mill-ittra ta' San Pawl lill- Efesin(5,33):-

Din il-gurnata kienet organizzata mill-Kummissjoni Familja, Azzjoni Kattolika u l-Grupp tas-Sorelle u fiha qaddes Dun Mikiel Bellizzi. L-attendenza tal-lum, kif ukoll l-organizzazjoni kienet wahda tajba hafna.
Ha sehem il-Kor Sagra Familja li kien taht id-direzzjoni tas-Sinjura Agnes Scicluna.
Is-Sibt 18 t'April
It-tema ta' din il-gurnata kienet mill-ittra lir-Rumani (8,35) - "X'jista' jifridni mill-imhabba ta' Kristu?''.
Il-quddiesa kienet organizzata mill-Grupp tal-Bibbja bl-intenzjoni ghall-bzonijiet tal-benefatturi hajjin u mejtin ta' din il-Knisja. Qaddes Dun Guzepp Sultana ex-kappillan tal-Parrocca tal-Gudja.
F'din il-quddiesa Isabelle Calleja daqqet il-pjanu filwaqt li Brian Agius daqq il-vjolin. 
Anki f'din il-gurnata l-attendenza u l-organizzazjoni kienet tajba.
Il-Hadd 19t'April
"Ilbsu sentimenti ta' tjieba, hniena u hlewwa'' (Kolossin 3,12b).
Filghodu kien hemm quddiesa organizzata mill-Ghaqda Rgiel Kultura Nisranija ghall-koppji li ghalqu 25, 50 jew 60 sena mizzewgin. Fiha qaddes Dun Karm Busuttil. Wara nghataw tifkira ta' din l-okkazjoni.
Fil-ghaxija kienet organizzata funzjoni Marjana mill-Grupp tal-Legion of Mary. Fil-bidu intqalu tliet Salmi u l-Magnificat kif ukoll kant Marjan. Saret espozzizjoni tas-Sagrament u ntqal ir-Ruzarju. Wara tkantat is-Salve Regina u fit-tmiem inghatat il-Barka Sagramentali. Iffunzjona id-direttur spiritwali tal-Legion of Mary Dun Daniel Farrugia.
It-Tnejn 20t'April Jum Il-Festa
Minhabba l-maltemp, l-attivita' mit-tfal ta'
l-Iskola St. Joan Antide u mit-tfal ta' l-iskola Primarja William Baker ma saritx.
Filghaxija wara Ruzarju, bdiet il-quddiesa kantata bl-omelija li kienet iccelebrata minn Dun Jonathan Farrugia. Wara tkantat l-Antifona "Ave Maria'' tas-surmast Anton Nani u saret Celebrazzjoni Ewkaristika. Fl-ahhar bhala gheluq tal-festa tkanta l-Innu tal-Madonna u sar il-bews tar-relikwa.
Il-muzika kienet taht id-direzzjoni ta' Jean Paul Gravina.
Ghalkemm it-temp ma tantx kien wiehed favorevoli l-attendenza kienet tajba hafna.